1/04/2014

Kull darba li jkun hemm xi storja fuq l-immigrazzjoni irregolari joħorġu min ġo l-għerien u jimlew il-"online media" bl-għerf tagħhom.
Naħseb li dawk li qed jikkumentaw fi spirtu Nisrani qegħdin pjuttost komdi, żaqqhom mimlija u b'saqaf fuq rashom.
Min jaf x'kienu jagħmlu jew jgħidu jekk kieku kienu huma li qed jsofru il-ġuħ jew jaħarbu mill-għawġ?

1 comment:

Anonymous said...

Kumment tajjeb. Imma l-argumenti kurrenti huma vera Kontroversjali u mhawda b'gherf u angoli difersi, bhal per ezempju integrazzjoni religjuza, kulturali, socjali u ekonomika. Id-dinja donna mhix preparata u edukata biex il-gnus jaraw dawn b'gherf bilancjat, fl-opinjoni tieghi.

nahseb fadal hafna xi jsir bejn il-gnus u il-kapijiet religjuzi u politici biex tohrog l-elementi basici (bhal solidarjeta, rispett u tolleranza respittiva bejn il-gnus) biex il-gnus li qed jilqghu lil kull emigrant, gej min fejn hu gej, jaghdottaw dawn il-principji, li ghanda wkoll ikolla l-istess accettazjoni recipriku mill-emigranti li qed jaqsmu ghal pajjizi differenti minn fejn telqu. Il-preparazzjoni bejn dawn il-gnus trid issir min fuq net u tibqa nizla f'kull faxxa tas-socjeta sa isfel nett.

il-biza u l-inkwiet illi is-sens komun qed jiintilef u is-sens ekonomiku, li qed jaghfas fuq il-pajjizi fejn qed jilqghu lil dawn l-emigranti, qed jissupera u jfixkel kull forma ta' tolleranza u integrazzjoni.

fl-opinjoni tieghi, id-dinja ghadha la hi lesta, la preparata u il-kapijiet ta-kull pajjiz l-anqas qeghdin jitkelmu fuq dawn b'mod globali u ffokat biex jghinu lil poplu taghhom jifmu id-differenzi. Ghalhekk nahseb li jekk mhux ser ikun hemm diskussjonijiet minn fuq net u strategija kompleta u maghqbula bejn il-pajjizi, il-process jibqa hu li hu.

F'dan ix-xenarju, nirrifletti kemm familji, ommijiet, missirijiet u tfal spiccaw mejta maghrqa u temmew hezrem il-holma ghal hajja ahjar. Ix-xemx titla ghal kulhadd u d-dinja hija propjeta ta kullhadd.
JP