8/12/2012

RGĦIB



Kulħadd kien jidħol għand il-parrukkier tar-raħal. Min biex jagħmel użu mis-servizzi offruti, min xi xiħ bilqiegħda fuq wieħed mis-siġġijiet jagħddi l-ħin jikkumenta jew xi ħadd biex jixtri xi oġġett espost fil-vetrini. U fiż-żmien tal-festi reliġjużi, xerejja ta' biljett li jitla mal-prima, premju: Father Christmas jitkellem jew xi mudell tad-Duluri.  Fiż-żmien tal-festa tal-qaddis tar-raħal ma jonqosx id-daqq ta' marċi kif ukoll il-ġbir għan-nar.

Darba fost l'oħrajn, waqt il-parrukkier kien mehdi jaħdem bir-reqqa fuq il-ftit xuxa li kien għad fadalli, daħal ġuvni jitolbu bott gass. Fetaħ il-hġieġa biex kixef l-ixkaffa fejn kienu stivati u niżżel wieħed.
-"Lira bl-eżatt" qal liż-żagħżugħ.  Dan ħallsu u telaq il-barra. Issokta xogħlu.  Wara ftit, għelbitni il-kurżità u staqsejtu għala kellu tant minnhom stivati.
-"Jixtruhom mhux biex jimlew il-lighters taf" qalli.
-"Mela x'jagħmlu bihom" weġibtu.
-Il-gass jużawh biex jiddamdmu, b'nifs il-ġewwa jibilgħu l-gass biex isiru "high".
-"U taħseb li hekk sew, qisek qed tbiħilhom id-droga", irrispondejtu.
-"U jekk ma nbieħilhomx jien ma jafux jmorru għand ħaddieħor?" temm xott xott.