RGĦIB
Kulħadd kien jidħol għand il-parrukkier tar-raħal. Min biex jagħmel użu mis-servizzi offruti, min xi xiħ bilqiegħda fuq wieħed mis-siġġijiet jagħddi l-ħin jikkumenta jew xi ħadd biex jixtri xi oġġett espost fil-vetrini. U fiż-żmien tal-festi reliġjużi, xerejja ta' biljett li jitla mal-prima, premju: Father Christmas jitkellem jew xi mudell tad-Duluri. Fiż-żmien tal-festa tal-qaddis tar-raħal ma jonqosx id-daqq ta' marċi kif ukoll il-ġbir għan-nar. Darba fost l'oħrajn, waqt il-parrukkier kien mehdi jaħdem bir-reqqa fuq il-ftit xuxa li kien għad fadalli, daħal ġuvni jitolbu bott gass. Fetaħ il-hġieġa biex kixef l-ixkaffa fejn kienu stivati u niżżel wieħed. -"Lira bl-eżatt" qal liż-żagħżugħ. Dan ħallsu u telaq il-barra. Issokta xogħlu. Wara ftit, għelbitni il-kurżit à u staqsejtu għala kellu tant minnhom stivati. -"Jixtruhom mhux biex jimlew il-lighters taf" qalli. -"Mela x'jagħmlu bihom" weġibtu. -Il-gass jużawh biex jiddamdmu,...
Comments